Last updated on February 26th, 2020 at 07:00 am

X’inhi s-sitwazzjoni wara Brexit? X’ser jinbidel għall-konsumaturi?

L-Erbgħa 29 ta’ Jannar 2020, il-Parliament Ewropew approva l-mozzjoni fejn r-Renju Unit ma jibqax membru tal-Unjoni Ewropea b’621 vot favur, 49 vot kontra u 13-il astenzjoni. B’hekk, il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar, 2020 kienet l-aħħar ġurnata li r-Renju Unit kien parti mill-Unjoni Ewropea.

Mill-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit beda jitqies daqs kull pajjiż ieħor li mhux membru fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Madanakollu, ir-Renju Unit ingħata perjodu ta’ transazzjoni li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru, 2020. Matul dan il-perjodu ta’ transizzjoni, l-liġijiet Ewropej jibqgħu fis-seħħ fir-Renju Unit. Dan ifisser li mhux ser ikun hemm tibdil f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet tal-konsumaturi.

Konsumaturi li jkollhom ilment ma kummerċjanti bbażati ġewwa r-Renju Unit, jistgħu jibqgħu jikkuntattjaw iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur Malti (ECC Malta) għal assistenza. Jekk tali medjazzjoni tfalli, il-konsumatur jista’ jirrikori wkoll għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar sal-ammont massimu ta’ €5000.