Hija realtà qarsa li minkejja l-isforzi kollha tagħna sabiex nippjanaw btala perfetta, l-affarijiet jistgħu jmorru ħażin meta aħna lanqas nistennewhom. Eżempji ta’ diżappunt kbir jkun meta jkun hemm dewmien minħabba l-linja tal-ajru, kanċellamenti u bagalji mitlufa jew li ssirilhom ħsara…. Dawn huma parti mill-inkonvenjenzi kollha li l-vjaġġatur jista’ jsofri minn żmien għal żmien. Iżda hemm xi forma ta’ rimedju?
Il-liġi Ewropea, permezz tar-Regolament 261/2004/EC tistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u assistenza għall-passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet. Hi tagħti lill-passiġġieri tal-UE ċertu intitolamenti b’relazzjoni mad-dewmien, kanċellazzjoni jew jekk ma jitħallewx jitilgħu. Ir-regolament japplika wkoll ghall-ajru lowcost u titjiriet charter.

L-Awtorità ta’ Malta għall-Affarijiet tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur huwa l-Korp Nazzjonali ghall-Infurzar u huwa responsabbli mill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi f’Malta: L-MCCAA jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-posta elettronika: airpassengerrights.mccaa@mccaa.org.mt


Avviż bil-miktub

L-ewwelnett, jekk it-titjira tiegħek tiġi mdewma b’sagħtejn jew iktar, jew it-titjira tiġi kkanċellata, jew ma titħalliex titla’ trid tingħata notifika bil-miktub li tistabbilixxi r-regoli għall-għajnuna taħt dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sinjal verbali għandu jiġi muri fil-qasam ta’ cheque-in meta jirreferi għad-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru taħt ir-Regolament. Huwa importanti li inti (ħlief fil-każ ta’ kanċellazzjoni) tippreżenta ruħek fil-ħin għal cheque-in jew, jekk l-ebda ħin ma jkun indikat, mill-inqas 45 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat.
Dewmien

Jekk it-titjira tiegħek tiġi mdewma mill-inqas sagħtejn, int intitolat għall-kura u l-assistenza.
Jekk titjira tiġi mdewma mill-inqas 5 sigħat, għandek id-dritt li titlob għar-rifużjoni tal-parti tal-biljett li ma tkunx ġiet użata. Għandek id-dritt li tiddeċiedi li ma tivvjaġġax jew li tuża trasport alternattiv lejn id-destinazzjoni tiegħek mill-ajru.

Ir-Regolament japplika għal: dewmien ta’ sagħtejn jew aktar, fil-każ ta’ titjiriet ta’ 1500km jew inqas; dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar fil-każ tat-titjiriet kollha ta’ aktar minn 1500km ġo l-UE, u tat-titjiriet oħrajn kollha bejn 1500km u 3500km; dewmien ta’ erba’ sigħat jew aktar fil-każ tat-titjiriet kollha oħrajn.

Il-kura u l-assistenza li inti nntitolat, tikkonsisti f’dan li ġej:

• Ikla b’xejn u xorb
• Żewġ telefonati b’xejn, faks jew emails
• Akkomodazzjoni tal-lukanda b’xejn, jekk id-dewmien ifisser waqfa ta’ lejl jew aktar iljieli
• It-trasport b’xejn bejn l-ajruport u l-akkomodazzjoni

Jekk inti ma tirċiviex din l-assistenza, għandek dritt tikteb lil-linja tal-ajru, tinkludi l-ispejjeż kollha raġonevoli b’riċevuta, u tfittex rimborż.

Regolament 261/2004/EC ma jispeċifikax kemm il-passiġġieri huma intitolati għall-kumpens jekk it-titjira tagħhom tiġi mdewma. Madankollu, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-każ Sturgeon ddeċidiet li dewmien twil ta’ mill-inqas tliet sigħat jintitola lill-passiġġieri l-istess kumpens bħal jekk it-titjira ġiet ikkanċellata.
Kanċellazzjoni

Jekk il-linja tal-ajru tikkanċella t-titjira tiegħek, inti għandek l-għażla bejn ir-rifużjoni sħiħa tal-porzjon mhux użat tal-biljett jew titjira oħra / trasport alternattiv għad-destinazzjoni finali. Jekk inti qed tistenna trasport alternattiv mill-ajru, inti dejjem intitolat għall-kura u l-assistenza, tenut kont tal-ħin ta’ stennija.

  • Ikla b’xejn u xorb
    • Żewġ telefonati b’xejn, faks jew emails
    • Akkomodazzjoni tal-lukanda b’xejn, jekk id-dewmien ifisser waqfa ta’ lejl jew aktar iljieli
    • It-trasport b’xejn bejn l-ajruport u l-akkomodazzjoni

Jekk inti ma tirciviex din l-assistenza, għandek tikteb lil-linja tal-ajru, tinkludi l-ispejjeż kollha raġonevoli b’riċevuta, u tfittex rimborż.
Barra minn hekk, inti intitolat għall-kumpens jekk ikun hemm kanċellazzjoni u dan jiġi kkalkulat skond id-distanza tat-titjira:
Għalhekk, għal titjiriet ta’ 1,500km jew inqas, inti intitolat għal € 250; € 400 għal titjiriet intra-komunitarji ta’ aktar minn 1,500km jew għal titjiriet oħra bejn 1,500km u 3,500km; u € 600 għal titjiriet kollha oħrajn.
Madankollu, inti ma għandekx id-dritt għall-kumpens mil-linja tal-ajru jekk:
(i) Inti tiġi informat bil-kanċellazzjoni mill-inqas ġimgħatejn qabel il-ħin skedat tat-tluq; jew
ii) Inti tkun informat bil-kanċellazzjoni bejn ġimgħatejn u sebat ijiem qabel il-ħin skedat tat-tluq u huma joffru rotta differenti, li titlaq mhux aktar kmieni minn sagħtejn qabel il-ħin skedat tat-tluq u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn erba’ sigħat wara l-ħin skedat tal-wasla; jew

(ii) lnti tkun informat bil-kanċellazzjoni inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin skedat tat-tluq u huma joffru rotta differenti, li titlaq mhux aktar kmieni minn siegħa qabel il-ħin skedat tat-tluq u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn sagħtejn wara l-ħin skedat tal-wasla.
Nota: Il-passiġġieri wkoll MHUMIEX intitolati għall-kumpens finanzjarju jekk titjira tiġi kkanċellata minħabba “ċirkustanzi straordinarji”, jiġifieri, iċ-ċirkostanzi li huma lil hinn mill-kontroll tal-linja tal-ajru. Dawn jistgħu jinkludu l-maltemp, inkwiet politiku, theddida għas-sigurtà, riskju fit-titjira li ma jkunx mistenni jew strajks.

Ibbukkjar żejjed

M’huwiex komuni għal-linji tal-ajru li tagħmel ibbukkjar żejjed sabiex jikkumpensaw għar-riskju li l-passiġieri ma jitfaċċawx, jiġifieri, vjaġġaturi li ma jiġux jew għaliex dawn jiddeċiedu li ma jtirux jew jiddeċiedu li jbiddlu l-iskeda tagħhom. Madankollu, din ma teżonerax il-linja tal-ajru milli tipprovdi rimedji għall-inkonvenjenza li joħolqu lill-passiġieri.

Meta f’titjira jkun hemm ibukkjar żejjed, il-linja trid tagħmel sejħa fuq il-passiġġieri li joffru biex iċedu l-postijiet tagħhom lill-passiġġieri oħra. Jekk ikun hemm min jersaq sabiex iċedi postu lil xi passiġġier ieħor volontarjament, ikun intitolati għal somma ta’ flus jew benefiċċji oħra li għandhom jiġu miftiehma bejn l-linja tal-ajru u l-passiġġier. Huma għandhom ukoll id-dritt li jagħżlu bejn titjira alternattiva jew rifużjoni tal-biljett. Il-linja tal-ajru tista’ tirrifjuta li jtella’ passiġġieri jekk in-numru ta’ voluntiera li jagħżlu li jċedu posthom ikun insuffiċjenti. Il-linja tal-ajru obbligata, madankollu, li toffri lill-passiġġiera titjira alternattiva jew rifużjoni tal-parti użata tal-biljett tagħhom. Il-linja tal-ajru għandha toffri wkoll l-kumpens lill-passiġġiera għall-inkonvenjent tagħhom kif ġej:

  • € 250 għal titjiriet ta’ 1,500km jew inqas
    • € 400 għat-titjiriet intra-komunitarji ta’ aktar minn 1,500km jew għal titjiriet oħrajn kollha bejn 1,500km u 3,500km
    • € 600 għat-titjiriet kollha l-oħra

Jekk tiġi mċaħħad l-imbark, inti għandek id-dritt għall-kura u l-assistenza, jew titjira alternattiva jekk inti tagħżel din l-għażla.

  • Ikla b’xejn u xorb
    • Żewġ telefonati b’xejn, faks jew emails
    • Akkomodazzjoni tal-lukanda b’xejn, jekk id-dewmien ifisser waqfa ta’ lejl jew aktar iljieli
    • It-trasport b’xejn bejn l-ajruport u l-akkomodazzjoni

Vjaġġi kollox kompriż
Jekk inti ma titħalliex titla’ fuq titjira li inti xtrajt minn operatur turistiku bħala parti minn pakkett, li jgħaqqad it-titjira u l-akkomodazzjoni, il-linja tal-ajru hija obbligata li tikkumpensa lill-operatur turistiku li jkun ikkonkluda l-kuntratt miegħek. L-operatur turistiku għandhom jirrispettaw l-obbligi kuntrattwali li joħorġu mill-kuntratt li jkun daħal miegħek meta huwa jbiegħ dan il-pakkett li jinkludi titjira u akkomodazzjoni lilek. Dawn id-drittijiet huma protetti wkoll fil-liġi Ewropea. Għalhekk, l-operatur turistiku huwa obbligat li jgħaddi lill-konsumaturi l-kumpens imħallas mil-linja tal-ajru.