Persuni b’diżabilità u persuni b’nuqqas ta’ mobilità biex jivvjaġġaw minn ajruporti fl-UE u għal titjiriet minn pajjiżi terzi lejn ajruport fi Stat Membru, huma intitolati għall-protezzjoni u l-assistenza skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 1107/2006.
Passiġġiera mhux bilfors li jkollhom diżabilità permanenti, u lanqas tali diżabilità teħtieġ li tkun ta’ natura fiżika sabiex jagħmlu użu minn tali assistenza. Għalhekk dan ir-regolament japplika għal xi ħadd li għandu problemi ta’ mobilità, minħabba l-età, id-diżabilità jew saħansitra korriment temporanju. Kwalunkwe persuna li għaliha japplika dan ir-Regolament u li jixtieq jirċievi għajnuna huwa mitlub jindika r-rekwiżiti partikolari tiegħu jew tagħha lill-aġenzija tal-ivvjaġġar tagħhom jew tal-ajru kemm jista’ jkun malajr. Għalkemm mhuwiex obbligatorju li tagħmel dan, dan għandu jsir mill-inqas 48 siegħa qabel it-tluq jekk il-persuna tkun tixtieq li tingħata assistenza adattata għall-ħtiġijiet tagħha.

Assistenza b’xejn fl-ajruporti kollha tal-UE
Ajruporti Ewropej jipprovdu numru ta’ servizzi għall-persuni b’nuqqas ta’ mobilità mill-mument li dawn jidħlu l-ajruport sa l-imbark, kemm fl-ajruport tat-tluq u l-ajruport tad-destinazzjoni tal-passiġġier. Dawn il-passiġġiera huma għalhekk kapaċi li jużaw infrastruttura tal-ajruport bl-istess mod bħal kull passiġġier ieħor. Huma jgawdu minn imbark bi prijorità, taħt l-aħjar kondizzjonijiet ta’ u bit-tagħmir kollu neċessarju.

Assistenza abbord

Fuq titjiriet minn ajruporti tal-UE u minn ajruporti f’pajjiż terz lejn ajruport fl-UE, jekk it-trasportatur bl-ajru huwa mill-UE, huwa obbligat li jipprovdi ċertu servizzi, bħal iġorr siġġijiet tar-roti u l-klieb gwida, mingħajr ħlas.

Rifjut fuq bażi ta’ diżabilità jew nuqqas ta’ mobilità

Trasportatur bl-ajru jew l-aġent tagħha jew operatur turistiku m’għandhu qatt jirrifjutaw, minnħabba diżabbiltà jew nuqqas ta’ mobbiltà:

(a) li jaċċettaw prenotazzjoni għal titjira li titlaq minn jew tasal f’ajruport li għalih japplika dan ir-Regolament;

(b) li jimbarkaw persuna b’diżabbiltà jew persuna b’nuqqas ta’ mobbiltà f’tali ajruport, bil-kondizzjoni li l-persuna kkonċernata jkollha biljett u prenotazzjoni valida.

 

Sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli għas-sikurezza, il-linja tista’ tirrifjuta, fuq il-bazi ta’ diżabbiltà jew ta’ nuqqas ta’ mobbilta’, li jaċċettaw prenotazzjoni minn jew li jimbarkaw persuni b’diżabbiltà jew persuni b’nuqqas ta’ mobbiltà, jew jekk id-daqs ta’ l-ajruplan jew il-bibien tiegħu jagħmel l-irkib jew ġarr ta’ tali persuna fiżikament impossibbli.

Madankollu l-linja tal-ajru jew l-operatur turistiku għandhom jipproponu alternattiva aċċettabbli għall-passiġġier skomodat in kwistjoni. Persuna b’diżabbiltà jew persuna b’nuqqas ta’ mobbiltà li ġew irrifjutati l-imbark minħabba d-diżabilità jew nuqqas ta’ mobilita’ tagħha u kwalunkwe persuna li takkompanja lil din il-persuna, għandha tkun offruta d-dritt għal rimbors jew rotta differenti kif previst fir-Regolament 261/2004/EC. Id-dritt għall-għażla ta’ titjira lura jew tibdil tar-rotta għandu jkun soġġett għal rekwiżiti ta’ sikurezza. L-ajru jew operatur turistiku jista’ jeħtieġ li persuna b’diżabbiltà jew persuna b’nuqqas ta’ mobilita’ tkun akkumpanjata minn persuna oħra li tkun f’pożizzjoni li tipprovdi l-assistenza meħtieġa minn dik il-persuna.

Siġġijiet bir-roti bil-ħsara jew tagħmir ieħor ta’ mobbiltà

Fejn siġġijiet tar-roti jew tagħmir ieħor ta’ mobbiltà jintilfu jew jiġrilhom ħsara waqt l-iskariġġar fl-ajruport jew waqt li jkunu trasportati abbord ajruplani, il-passiġġier li tiegħu jkun it-tagħmir għandhu jkun ikkumpensat.