Bagalji

Kultant, bagalja għal xi raġuni jew oħra tibqa’ ma tasalx fid-destinazzjoni intenzjonata tagħha, u jekk il-bagalja tasal fid-destinazzjoni, jista’ jkollha xi dannu, jew jintilfu xi oġġetti minnha, jew saħansitra tispiċċa meqruda. Dawn is-sitwazzjonijiet (li jiżdiedu mal-ilmenti li jirriżultaw minn titjiriet imdewma) huma koperti mill-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali, magħrufa bħala l-Konvenzjoni ta’ Montreal.

Taħt din il-Konvenzjoni, il-linja tal-ajru hija responsabbli għad-danni. Il-Konvenzjoni tistabbilixxi limitu massimu fuq ir-responsabbiltà tal-linja tal-ajru ta’ 1,000 Special Drawing Rights (SDRs) għal kull passiġġier fil-każ ta’ dewmien tal-bagalji u tistipula limitu ta’ żmien sa meta l-konsumatur għandu jagħmel it-talbiet għall-kumpens. Jekk jogħġbok segwi dan il-link sabiex tikseb l-aħħar valur preċiż ta’ 1 SDR f’euro: http://www.imf.org/external/np/fin/data/rms_five.aspx

 

Bagalji mitlufa, bil-ħsara jew jaslu tard

Fil-każ ta’ dannu fil-bagalji, il-persuna għandha tilmenta bil-miktub mal-linja tal-ajru kemm jista’ jkun malajr wara l-iskoperta tad-dannu, sa mhux aktar tard, minn sebat ijiem mid-data tal-wasla (fil-każ ta’ bagalji rreġistrati) u erbatax-il jum mid-data tal-wasla fil-każ ta’ merkanzija.

Fil-każ ta’ bagalji mdewma, l-ilment għandu jsir mhux aktar tard minn wieħed u għoxrin ġurnata, bil-miktub mid-data li fiha l-bagalji jew il-merkanzija tqiegħdu għad-disposizzjoni tiegħek. Jekk għandek bżonn tixtri oġġetti essenzjali bħal toiletries u ħwejjeġ sakemm tkun qed tistenna l- bagalja tiegħek tinġieb lura, huwa importanti ħafna li żżomm l-irċevuti kollha tat-xirjiet tiegħek sabiex issostni l-ispejjeż kollha li inti tkun ġarrabt minħabba d-dewmien.

Importanti: it-trasportatur m’għandux ikun responsabbli għal ħsara kkawżata minn tali dewmien jekk hija tipprova li hi u l-impjegati tagħha u l-aġenti ħadu l-miżuri kollha li setgħu raġonevolment jittieħdu sabiex jiġi evitat il-ħsara jew li kien impossibbli għaliha jew għalihom li jieħdu dawn il-miżuri.

Fil-każ ta’ bagalji mitlufa, jekk il-bagalja rreġistrata tiegħek ma tasalx fi żmien 21 jum minn wara avviż tiegħek, jew it-trasportatur innifsu ammetta li l-bagalji tiegħek kienet mitlufa, inti intitolat għal kumpens tal-valur tal-bagalja. Int trid tressaq l-ilment tiegħek fi żmien 7 ijiem wara li l-bagalji ġew iddikjarati mitlufin.

 

X’għandek tagħmel fil-każ li l-bagalja tiegħek ma tilħaqx d-destinazzjoni tiegħek:

  • Huwa importanti li jikkompilaw Property Irregularity Report (PIR) fl-ajruport, fis-sezzjoni li għandha x’taqsam ma llmenti fuq bagalji. Huwa importanti li żżomm jżomm kopja tal-PIR.
  • Huwa dejjem importanti li żżomm karti tat-tlugħ tiegħek u l-irċevuta tal-bagalji li jkunu ġew mogħtija waqt ir-reġistrazzjoni tal-bagalja.
  • Kun żgur li għandek id-dettalji tal-kuntatt tas-sezzjoni li għandha x’taqsam mal-bagalji fejn inti tista’ tagħmel kuntatt magħhom sakemm tkun qed tistenna risposta għall-bagalji tiegħek. Jista’ jkun hemm ukoll il-possibbiltà li jivverifika l-istatus tal-bagalja tiegħek permezz ta’ sistema online.
  • Żomm l-irċevuti kollha ta’ kwalunkwe xiri magħmul sabiex issostni l-ispejjeż li kellek iġarrab, bħala riżultat tad-dewmien.