Ħafna affarijiet jistgħu imorru ħażin meta tivvjaġġa, bħal pereżempju t-titjira tiegħek tista’ tiġi kkanċellata jew tittardja jew saħansitra tista’ tiġi mċaħħad milli titla fuq l-ajruplan. Jista’ jagħti l-każ ukoll li tispiċċa diżappuntat minħabba li l-vaganza tiegħek ma kinietx kif deskritta fil-fuljett pprovdut mill-operatur turistiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi kollha għandek drittijiet. Barra minn hekk inti tista wkoll tesperjenza dewmien fil-wasla tal-bagalja tiegħek jew agħar il-bagalja tiegħek tintilef jew tasal bil-ħsara. F’dawn iċ-ċirkostanzi tista’ tkun intitolat li titlob għall-kumpens. Sir af aktar dwar dawn id-drittijiet u wkoll dwar id-drittijiet tiegħek fil-każ li inti tkun avviċinat waqt vaganza sabiex tixtri xi ftehim tat-timeshare jew ftehim simili ieħor.

Aqra iktar