L-għan tal-ECC Network huwa li jgħin lill-konsumaturi li jkollhom ilmenti ta’ natura transkonfinali kif ukoll li jippromwovi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur. L-għan aħħari tan-Network huwa huwa li jssaħħaħ lill-konsumatur billi jiprovdilu informazzjoni siewja sabiex jkun jista’ jgawdi mill-vantaġġi li joffri s-suq komuni.

Tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti huwa realtà. Għaldaqstant huwa importanti li ż-żewġ partijiet, jiġifieri kemm il-konsumaturi kif ukoll in-negozjanti jkunu jafu bil-mezzi ta’ rimedji disponibbli għalihom li jgħinuhom isolvu dan it-tilwim. Meta l-konsumaturi jfittxu u jsibu rimedju, il-fiduċja fl-entitajiet kummerċjali tiżdied. Propju għalhekk huwa importanti għan-negozji li jiffaċilitaw ir-rimedju għall-konsumaturi, b’hekk tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur f’dawk l-entitajiet kummerċjali li huma lesti li jimplimentaw miżuri li jiffavorixxu l-konsumatur.

Permezz ta’ din it-taqsima ser ngħatu xi informazzjoni dwar l-iżviluppi fil-qasam tar-rimedji tal-konsumaturi u x’inhu mistenni minn negozji sabiex jiffaċilitaw l-komunikazzjoni bejn il-partijiet.

 Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR)

It-terminu ADR jinkludi l-mezzi kollha ta’ rimedju fejn tinstab soluzzjoni għal ilment mingħajr il-bżonn li wieħed imur il-qorti. Il-mekkaniżmi tipiċi tal-ADR normalment jinvolvu, proċedura sempliċi, aktar effiċjenti kif ukoll jinvolvu inqas spejjeż.

Id-Direttiva 2013/11 / UE tipprovdi l-bażi legali għall-ADR kollha. Hija tiżgura li l-konsumaturi jkollhom aċċess għall-ADR sabiex isibu soluzzjoni għal tilwim kuntrattwali mal-kummerċjanti, kważi f’kull settur ekonomiku irrespettivament minn fejn ġie konkluż il-kuntratt. Is-servizzi dwar saħħa u edukazzjoni għolja huma esklużi.

Biex l-ADR ikunu rikonoxxuti, l-organizzazzjoni għandha tikkonforma ma’ diversi kriterji kif stabbilit fl-istess Direttiva, jiġifieri:

  • Kompetenza
  • Indipendenza
  • Newtralità
  • Trasparenza
  • Effettività
  • Ekwità

Ir-Regolament 524/2013 dwar ir-Riżoluzzjoni għat-Tilwim Online (Regolament tal-ODR) jistabbilixxi l-Pjataforma tal-ODR.  Permezz tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni Ewropea żviluppat il-Pjattaforma tal-ODR madwar l-UE kollha. Din sservi bħala punt wieħed ta’ dħul għall-konsumaturi u negozjanti li jfittxu r-riżoluzzjoni għal tilwim barra mill-qorti kopert mir-Regolament. Il-Pjattaforma tgħaqqad l-entitajiet kollha tal-ADR Nazzjonali nnotifikati mill-Istati Membri. Ir-Regolament tal-ODR japplika għar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li jikkonċerna obbligi kuntrattwali li joħorġu mill-bejgħ jew servizzi onlajn bejn konsumaturi u negozjanti residenti u stabbiliti f’xi pajjiż fl-UE. Ir-rizoluzzjoni tal-ilment issir permezz t’intervent ta’ entità tal-ADR.

Obbligi tal-Kummerċjant – Informazzjoni għall-Konsumatur

Artikolu 14 tar-Regolament tal-ODR jipprovdi li negozjanti stabbiliti fi ħdan l-Unjoni Ewropea u involuti fil-bejgħ ta’ prodotti jew servizzi onlajn għandhom jipprovdu fuq il-website tagħhom link elettronika għall-Pjattaforma tal-ODR.

ODR Platform

 

 

 

 

 

Kummerċjanti li jbiegħu onlajn iridu jiddikjaraw ukoll l-indirizz eletroniku tagħhom fuq il-website tagħhom sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jibgħatu l-ilment tagħhompermezz tal-Pjattaforma. Fil-każ li n-negozjant ikun obbligat li juża ADR biex isolvi t-tilwim (eż. permezz ta’ kuntratt jew mil-liġi) għandhu jagħti informazzjoni addizzjonali lill-konsumaturi. Tali negozjant minbarra li jipprovdi l-link għall-Pjattaforma tal-ODR għandu wkoll jinforma lill-konsumatur bl-eżistenza ta’ din il-Pjattaforma u dwar il-possibbiltà li tintuża l-Pjattaforma għar-riżoluzzjoni tat-tilwim.
Mekkaniżmi oħra ta’ RimedjuIl-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija proċedura disponibbli għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi li għandhom tilwim u t-talba ma taqbisx l-elfejn euro (€ 2,000). Mill-14 ta’ Lulju, 2017 il-limitu se jiżdied minn € 2000 għal massimu ta’ € 5,000. Aktar tagħrif dwar din il-proċedura jinstab hawnhekk.