L-għan tal-ECC Network huwa li jgħin lill-konsumaturi li jkollhom ilmenti ta’ natura transkonfinali kif ukoll li jippromwovi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur. L-għan aħħari tan-Network huwa huwa li jssaħħaħ lill-konsumatur billi jiprovdilu informazzjoni siewja sabiex jkun jista’ jgawdi mill-vantaġġi li joffri s-suq komuni.

Tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti huwa realtà. Għaldaqstant huwa importanti li ż-żewġ partijiet, jiġifieri kemm il-konsumaturi kif ukoll in-negozjanti jkunu jafu bil-mezzi ta’ rimedji disponibbli għalihom li jgħinuhom isolvu dan it-tilwim. Meta l-konsumaturi jfittxu u jsibu rimedju, il-fiduċja fl-entitajiet kummerċjali tiżdied. Propju għalhekk huwa importanti għan-negozji li jiffaċilitaw ir-rimedju għall-konsumaturi, b’hekk tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur f’dawk l-entitajiet kummerċjali li huma lesti li jimplimentaw miżuri li jiffavorixxu l-konsumatur.

Permezz ta’ din it-taqsima ser ngħatu xi informazzjoni dwar l-iżviluppi fil-qasam tar-rimedji tal-konsumaturi u x’inhu mistenni minn negozji sabiex jiffaċilitaw l-komunikazzjoni bejn il-partijiet.

Aqra iktar hawn taħt