Kif nistgħu niddeterminaw il-karattru inġust ta’ prattika kummerċjali? Il-pratiċi kummerċjali huma inġusti skont l-liġi jekk huma qarrieqa jew aggressivi. Direttiva 2005/29/EC dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern juri meta prattika kummerċjali hija qarrieqa jew inġusta.
Prattika kummerċjali qarrieqa hija waħda li tkun fiha informazzjoni falza, jew, fi kwalunkwe mod, inkluż il-preżentazzjoni ġenerali tagħha, tqarraq jew probabbilment tqarraq bil-konsumatur medju, u li x’aktarx twassal lill-konsumatur biex jagħmel deċiżjoni relatata ma’ transazzjoni li ma kienx jagħmel f’ċirkustanzi oħra. Dan japplika anki jekk l-informazzjoni hija korretta, rigward per eżempju, in-natura, l-eżistenza jew il-karatteristiċi tal-prodott, il-firxa tal-impenji tal-kummerċjant, il-prezz jew kif jiġi kkalkolat, il-bżonn ta’ servizz, sostituzzjoni tal-prodott jew il-parti difettuża jew it-tiswija tal-prodott jew drittijiet tal-konsumatur.

Bl-istess mod, huwa qarrieq jekk jinvolvi: kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’prodott, inkluż reklamar komparattiv, li joħloq konfużjoni bejn prodotti, trademarks, ismijiet kummerċjali jew kompetituri; jew jekk il-kummerċjant ma jimxix mal-impenji kontenuti fil-kodiċijiet ta’ kondotta li fuqhom il-kummerċjant impenja ruħu li jirregola lilu nnifsu, u li jkun indika li huwa marbut mal-imsemmi kodiċi.
Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa jekk l-informazzjoni meħtieġa mill-konsumatur medju sabiex jagħmel id-deċiżjoni tajba biex jixtri prodott jew servizzu din ma tinghatax u minħabba f’hekk twassal lill-konsumatu biex jieħu deċiżjoni li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra. Jekk il-kummerċjant ma jipprovdix informazzjoni ċara b’mod li l-konsumatur ikun jista’ jifhem minħabba l-fatt li tkun b’mod ambigwu, allura dawn huma wkoll prattiċi qarrieq.

Il-liġi tiddikjara wkoll il-prattiċi kummerċjali qarrieqa li huma inġusti u pprojbiti fiċ-ċirkostanzi kollha:

  • Meta jiddikjara li huwa firmatarju ta’ kodiċi ta’ kondotta meta dan ma jkunx minnu;
    • Lixka fir-reklamar – jiġifieri, tistieden lill-klijenti sabiex jixtru prodotti bi prezz speċifikat mingħajr ma tindika jekk hu attwalment f’pożizzjoni li jagħti tali oġġetti, jew jekk il-kummerċjant juri kampjun difettuż ta’ prodott, bl-intenzjoni li jippromwovi prodott differenti;
    • Prodott reklamat li jista’ jfejjaq mard u dan ma jkunx minnu;
    • Il-prodott ikun deskritt “b’xejn”, u l-konsumatur ikun ħallas xi ħaġa oħra apparti l-prezz inevitabbli talli wieġeb lill-kummerċjant u ġabar jew ħallas għall-kunsinna tal-oġġett;
    • Jiddikjara jew joħloq l-impressjoni li xi prodott jista’ jinbiegħ legalment meta dan ma jkunx il-każ;
    • Tfittex ħlas għal prodott ikkummerċjalizzat li l-konsumatur ma jkunx ordna.

Prattika kummerċjali aggressiva tirrestrinġi b’mod sinifikanti l-libertà tal-għażla tal-konsumatur, permezz ta’ fastidju jew l-isfurzar, li jwassal lill-konsumatur jagħmel deċiżjoni li ma jkunx jixtieq. Il-liġi tgħid li biex tiddetermina jekk prattika bħal din hija aggressiva jew le, għandu jittieħed kont ta’ per eżempju, il-ħin, it-tip tal-lingwaġġ li jintuża, jekk kienx fih theddid jew jekk kienx abbużiv; l-isfruttament min-naħa tal-kummerċjant fuq kwalunkwe sfortuna jew ċirkostanza speċifika li hija gravi biżżejjed li twassal biex tfixkel il-ġudizzju tal-konsumatur, jew kwalunkwe theddida mill-kummerċjant le ser jieħu azzjoni liema azzjoni ma tistax tittieħed legalment.

Dawn huma xi eżempji ta’ prattiċi aggressivi li huma pprojbiti bil-liġi fiċ-ċirkostanzi kollha:

  • Jekk il-kummerċjant joħloq l-impressjoni li l-konsumatur ma jistax iħalli l-post qabel ma jsir kuntratt,
    • Il-kummerċjant idejjaq lill-konsumatur billi jagħmel telefonati, fax, e-mails jew b’kull xorta oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, sakemm ma jkunx legalment ġustifikat biex jinforza obbligazzjoni kontrattwali;
    • Il-kummerċjant jżur lill-konsumatur id-dar, jinjora t-talba tal-konsumatur sabiex jitlaq jew sabiex ma jirritornax ħlief f’dawk iċ-ċirkostanzi ġustifikati, skond il-liġi, biex jinforza obbligazzjoni kontrattwali;
    • Joħloq l-impressjoni falza li l-konsumatur ikun rebaħ jew ser jirbaħ xi premju meta dan mhux veru u jitlob flus mill-konsumatur sabiex ikun jista’ jinkiseb dan il-premju;
    • Jinforma lill-konsumatur b’ċert u termini li mhux ċari, li l-ħajja tiegħu tkun f’periklu jekk ma jixtrix il-prodott.