Konsumatur jista’ jaqta qalbu milli jaqra dawk it-termini u kundizzjonijiet twal f’kuntratt standard li jiġi preżentat quddiemu mill-kummerċjant. F’dan ir-rigward leġiżlazzjoni tal-UE tipproteġi lill-konsumaturi kontra klawżoli inġusti u prattiċi qarrieqa f’kuntratti mal-konsumatur. Kuntratti tal-konsumatur m’għandhom bl-ebda mod jinkludu informazzjoni li tkun falza jew li b’xi mod hija maħsuba biex tqarraq bil-konsumatur.

Aqra iktar