Li tuża l-internet sabiex tixtri l-bżonnijiet tiegħek huwa konvenjenti ħafna, tiffranka ħin u joffri firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi bi prezzijiet raġjonevoli. Madankollu, mhux in-negozjanti kollha li wieħed isib fuq l-internet jipprovdu servizz tajjeb; oħrajn mhux biss mhumiex affidabbli, iżda jista’ jkun frawdolenti. Inti tista’ tgawdi minn esperjenza sikura meta tixtri mill-internet billi ssegwi dan li ġej:

Identifika l-kummerċjant

  • Kunżgur li int taf ma min qedtittratta.Is-sitgħandu jipprovdid-dettaljisħaħ tal-kummerċjant li jinkludi kuntattmhux bissl-indirizz elettoniku izda wkoll kuntatt personali tieghu. Huwa għandhu jipprovdiwkollindirizz fiżiku, l-isem tal-kumpannijau n-numrutat-telefon. Huwarakkomandabbli li matixtrix minngħandnegozjantlijirrifjutali jagħtidawn id-dettalji.

Is-sit huwa sigur?

Wieħed jista’ jivverifika jekk sit hux sigur minħabba żewġ karatteristiċi ewlenin:

  • Iċċekkja jekkl-Indirizztal-paġnajibda bil”https: //” minflok “http: //”. “S” tfisser sigur. Sit leġittimu uaffidabblisejkollhom is-sit xiri sigur. Dan ifisser li filwaqt li ddaħħal id-dettalji personali bħall-isem, indirizz, e-mail u d-dettalji tal-karta tal-kreditu, l-ebda persuna ma tkun awtorizzata li jkollha aċċess għad-dettalji tiegħek, b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ serq mill-kont bankarju tiegħek jew tad-data personali tiegħek.
  • Fittex għas-simbolu tal-“katnazz” fil-qiegħ tal-pagna tiegħekjewmessaġġ li jindikaliqed tidħol f’sit sigur. Ikklikkja fuq il-katnazz biextara d-dettaljitas-sigurtà li joffri is-sit. Ukoll, żgura li l-kompjutertiegħek huwa aġġornat b’anti-virus u anti-spyware effettiv.

Ħlas online

  • Agħżel dawk is-siti li joffru l-possibbiltà li titħallas permezz tal-PayPal jew ħlas b’karta ta’ kreditu u mhux biss permezz ta’ trasferiment bankarju. Trasferimenti bankarji u trasferimenti oħra tal-flus jillimitaw l-opportunità li tikseb flusek lura. Min-naħa l-oħra meta tħallas b’karta ta’ kreditu toffri protezzjoni akbar minn metodi oħra f’termini ta’ frodi u meta l-prodott ma jasalx fid-destinzzjoni. Ħafna bejjiegħa bl-internet jitlobu il-kodiċi CVV li hija murija fuq wara tal-karta ta’ kreditu tiegħek. Normalment, l-aħħar 3 numri tal-kodiċi jkun biżżejjed. Dan huwa biex jipprevjeni lil xi ħadd li rnexxielu jikseb id-dettalji personali bħall-isem tiegħek, numru tal-karta u d-data ta’ skadenza milli jagħmel xirjiet personali tiegħu mill-karta ta’ kreditu tiegħek. Tipprovdi qatt informazzjoni tal-karta ta’ kreditu tiegħek permezz ta’ e-mail jew fuq website li ma tkunx waħda sigura.
  • Wieħed għandu joqgħod attent għal site eletroniċi li ma jaċċettawx karti ta’ kreditu, iżda jinsistu fuq trasferimenti ta’ flus. Dan jista’ jkun indikazzjoni ta’ frodi.

Aħseb qabel ma taġixxi

  • Ipprova għamel xi riċerka fuq is-sit minn fejn tkun ser tixtri – Agħti ħarsa lejn kummenti minn konsumaturi oħra; dan jista’ jgħinek sabiex tieħu l-aħjar deċiżjoni. Huwa għaqli li jiġi evitat ix-xiri minn siti li jkollhom klassifikazzjonijiet ħżiena jew rispons negattiv.
  • Iċċekkja jekk il-kummerċjant ikun għażel li jkunu affiljat ma’ skema ta’ Trustmark. Dan is-sinjal ikun jidher fuq is-sit elettroniku tal-kummerċjant u turi li l-kummerċjant jikkonsidra u huwa interessat fid-drittijiet tiegħek.

Kliem b’tipa żgħira

  • Meta tixtri minn fuq l-interent dejjem iċċekkja għad-drittijiet tal-kanċellazzjoni tiegħek. Ix-xiri online ġeneralment jagħtik id-dritt li tikkanċella x-xirja tiegħek. Madankollu f’ħafna każijiet dan id-dritt jiddependi fuq it-tip ta’ oġġett li inti tkun xtrajt. F’ċerti każi bħal oġġetti personalizzata, riservazzjonijiet tal-lukanda u biljetti, id-dritt li tikkanċella ma japplikax. Barra minn hekk, il-bejjiegħ jista’ jkollhom deskrizzjoni tal-proċedura li għandha tiġi segwita mill-konsumatur jekk tixtieq li tirritorna il-prodott. Il-kummerċjant jista’ jgħati perjodu ta’ kanċellazzjoni itwal minn dak li hu obbligat li jipprovdi bil-liġi.
  • Bħala konsumatur int għandek tkun konxju mill-kondizzjonijiet tal-kuntratt. Għalhekk, kun żgur li inti qrajt it-termini u l-kondizzjonijiet kollha u li inti tifhem kompletament l-implikazzjonijiet tagħhom.

Fl-aħħarnett: jekk offerta hija wisq tajba biex  tkun reali probabbilment ma tkunx!