Ix-xiri mill-internet huwa mad konvenjenti ħafna sabiex konsumatur jaċċessa firxa wiesa ta’ prodotti u servizzi, kollha mill-kumdita tad-dar tiegħu. Il-konsumatur għandu jzomm f’moħħu li x-xiri permezz tal-internet jew permezz ta’ xi mod ieħor ta’ bejgħ b’distanza bl-ebda mod ma jnaqqas mid-drittijiet li għandu l-konsumatur. Dawn id-drittijiet jibqgħu kollha l-istess jew saħansitra jiżdiedu minħhabba l-fatt li l-konsumatur ma kienx fiżikament preżenti sabiex jara u jeżamina l-prodott qabel ma jixtri. Konsumaturi madwar l-UE igawdu mill-istess drittijiet, inkluz mid-dritt tal-irtirar wara li jinxtara l-prodott. Sir af iktar dwar dawn id-drittijiet meta tixtri mill-internet kif ukoll sir af iktar dwar kif tixtri mill-internet b’mod sikur.

Aqra iktar