Il-prodotti  mixtrija għandhom ikunu konformi mad-deskrizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet ipprovduti mill-bejjiegħ fil-kuntratt tal-bejgħ u jekk il-prodott mixtri ma jipprovdix il-funzjonijiet li raġonevolment mistenni li jipprovdi, inti bħala konsumatur intitolat għal rimedju. F’dan ir-rigward, id-drittijiet tiegħek huma mħarsa kullimkien l-istess fl-UE u inti intitolat li titlob lill-bejjiegħ biex jipprovdi rimedju taħt ir-regoli rilevanti pprovduti permezz tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tal-konsumatur.

Aqra iktar