Direttiva 2006/123/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar servizzi fis-suq intern, magħruf aħjar bħala d-“Direttiva dwar is-Servizzi”, timmira li tneħħi l-ostakoli għall-moviment ħieles tas-servizzi fl-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk id-Direttiva ssaħħaħ id-drittijiet ta’ riċevituri tas-servizzi, kemm jekk huma konsumaturi jew negozji.
ECC Malta hija l-punt nnominat ta’ informazzjoni għar-riċevituri tas-servizzi, li għall-finijiet tad-Direttiva tas-Servizzi huma l-konsumaturi.
Dan ifisser li ECC Malta huwa l-post li jipprovdi informazzjoni lir-riċevituri tas-servizz dwar ir-rekwiżiti legali applikabbli għall-attivitajiet tas-servizz fi Stati Membri oħra, kif wkoll dwar il-mezzi oħra disponibbli sabiex iffittxu rimedju u d-dettalji ta’ organizzazzjonijiet ożra li jistgħu jipprovdu assistenza lill-konsumatur. Sabiex jipprovdu din l-informazzjoni ECC Malta tikkopera ma’ ċentri oħra ta’ informazzjoni fi Stati Membri oħra kif ukoll ma numru ta’ awtoritajiet kompetenti f’Malta sabiex tinkiseb u tkun tista’ tipprovdi l-informazzjoni rilevanti għall-konsumaturi.

Ibgħat il-mistoqsija

Ismek (meħtieġ)

l-email tiegħek (meħtieġ)

It-telefown tiegħek (meħtieġ)

Pajjiż tar-residenza tiegħek (meħtieġ)

Fliema pajjiż hu bbażat il-fornitur tas-servizz? (meħtieġ)

Ikteb il-mistoqsija tiegħek (meħtieġ)