Protezzjoni tad-Data Personali Tiegħek

 

Werrej

  1. Introduzzjoni
  2. Għalfejn nipproċessaw d-data tiegħek?
  3. X’informazzjoni niġbru u nipproċessaw?
  4. Kemm iddum għandna d-data li ttina?
  5. Kif nipproteġu d-data li ttina?
  6. Min għandu aċċess għad-data li ttina u lil min hi żvelata (lil min ngħadduha)?
  7. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċithom?
  8. Dettalji ta’ kuntatt
  9. Fejn tista’ issib iktar informazzjoni dettaljata

 

 

  1. Introduzzjoni

 

Din l-istqarrija dwar il-privatezza tispjega r-raġuni għall-ipproċessar, il-mod kif niġbru, nipproċessaw u niżguraw il-protezzjoni tad-data personali kollha provduta lilna, kif tintuża din d-data u x’inhuma d-drittijiet li tista’ teżerċita u li huma relatati mad-data tiegħek (id-dritt għall-aċċess, li tibdel, timblokka eċċ.)

L-instituzzjonijiet Ewropej huma impenjati biex jipproteġu u jirrispettaw il-privatezza tiegħek. Hekk kif dan is-servizz/applikazzjoni jiġbor u jipproċessa d-data personali tiegħek, ir-Regolament (EC) Nru 45/2001, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward l-ipproċessar tad-data mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta’ din l-istess data, irid jiġi applikat.

L-ECC-Net għandu l-għan li jippromwovi l-kunfidenza tal-konsumaturi billi jtihom pariri fuq id-drittijiet tagħhom u jipprovdi aċċess faċli għall-rimedju, f’każijiet fejn il-konsumatur ikun xtara xi ħaġa minn post ieħor li mhuwiex pajjiżu (transazzjoni transkonfinali). L-ECCs jipprovdu lill-konsumaturi b’firxa wiesgħa ta’ servizzi, bl-informazzjoni neċessarja dwar id-drittijiet tagħhom u jagħtu pariri u assistenza fl-ilmenti transkonfinali,  filwaqt li jinfurmawhom dwar il-mezzi li jistgħu jużaw biex isolvu l-ilment.

L-ECCs jagħtu wkoll pariri dwar il-proċeduri ta’ riżoluzzjoni barra mill-qorti (ADR) li huma aċċessibli għall-konsumaturi madwar l-Ewropa u jipprovdu lill-konsumaturi b’aċċess faċli u infurmat għal dawn il-proċeduri meta ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim dirett mal-bejjiegħ u fejn ikun hemm ADR disponibbli.

Sabiex l-ECC-Net ikun jista’ jipprovdi dawn is-servizzi msemmija liċ-ċittadini, il-programm tal-IT, ECC-Net 2, qed jiġi użat biex jiġbor u jieħu ħsieb l-ilmenti u l-informazzjoni kollha neċessarja, inkluż d-data personali tiegħek. Dan il-programm huwa operat mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-ġbir u l-ipproċessar tad-data personali fuq l-ECC-Net 2, imsemmija hawn fuq, isegwu l-proviżjonijiet tar-Regolament (EC) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi rigward l-iproċessar tad-data personali mill-instituzzjonijiet u korpi tal-Kommunità u fuq il-moviment ħieles ta’ din d-data u iktar speċifiku artiklu 5, Paragrafu (a u b).

 

  1. Għalfejn nipproċessaw d-data tiegħek?


L-għan għall-iproċessar tad-data: Kap ta’ Unit E.3: Infurzar u Rimedju tal-Konsumatur, Direttorat Ġenerali tal-Ġustizzja u Konsumaturi, Kummisjoni Ewropea (minn hawn  ‘il quddiem imsejħa Kontrollatur tad-Data) tiġbor u tuża l-informazzjoni personali sabiex tassisti x-xogħol taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi.

L-għan tan-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net) hu li jipprovdi lill-konsumaturi bl-informazzjoni u pariri dwar id-drittijiet tagħhom, u jgħinhom bl-ilmenti tagħhom transkonfinali ġewwa l-UE/EEA, sabiex il-konsumaturi jkollhom vantaġġ sħiħ fuq is-suq intern.

Sabiex jaqdu dmirhom, l-ECCs qed jużaw l-ECC-Net 2 sabiex jipproċessaw l-informazzjoni relevanti, safejn u sakemm ikun meħtieġ, għall-wieħed jew iktar minn dawn l-għanijiet:

  • sabiex tkun possibli l-kommunikazzjoni bejn l-ECC u l-konsumatur
  • sabiex tiffaċilita’ l-valutazzjoni tat-talba
  • sabiex tipprova issolvi l-ilmenti jew it-tilwim, sew jekk direttament mal-bejjiegħ li lmentaw fuqu, jew permezz ta’ waħda mill-entitajiet tal-ADR
  • sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jsegwu l-istatus tat-talba tagħhom
  • sabiex tipprovdi statistiċi anonimizzati, inklużi ksur suspettat

Iktar informazzjoni dwar l-ECC-Net tista’ tinkiseb minn: https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/consumers/resolve-your-consumer-complaint/european-consumer-centres-network_en

L-ECC-Net 2 taqa’ taħt dawn il-bażi legali/ legalità

Regolament (EU) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-programm tal-konsumatur multiannwali għas-snin 2014-20 u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 1926/2006/EC u, iktar speċifiku, artikoli 2 u 3(1)(c) u (d) ta’ dan ir-Regolament.

Direttiva 2006/123/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar servizzi ġewwa is-suq inter u, speċjalment, artiklu 21.

Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim għall-konsumaturi u l-emendi tar-Regolament (EC) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/EC (Direttiva dwar l-ADR tal-konsumatur) u, b’mod iktar speċifiku, artikolu 14 ta’ din id-Direttiva.

Regolament (EU) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-konsumatur u t-tneħħija ta’ Regolament (EC) Nru 2006/2004 u, b’mod partikolari, artikolu 27(1).

Regolament (EC) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi relatati mal-iproċessar tal-informazzjoni personali mill-instituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta’ din l-informazzjoni.

Wara li ġie ikkunsidrat artikolu 5 tal-imsemmi Regolament (EC) 45/2001, il-proċess tal-informazzjoni hu meqjus bħala legali minħabba li hu neċessarju sabiex jintleħqu r-rekwiżiti tal-instrumenti legali imsemmija hawn fuq, u sabiex jiġi assigurat li l-Kummissjoni tkun konformi mal-obbligazzjonijiet legali tagħha.

 

  1. X’data niġbru u nipproċessaw?

Niġbru d-data skont dawn l-utenti li ġejjin:

  • Konsumaturi ġewwa l-Unjoni Ewropea, n-Norveġja u l-Iżlanda li jsaqsu lill-ECCs għall-informazzjoni u l-assistenza (Konsumaturi);
  • Rapreżentanti tal-bejjiegħa fl-Unjoni Ewropea, n-Norveġja u l-Iżlanda li jieħdu ħsieb l-ilmenti tal-konsumaturi (Rapreżentanti tal-bejjiegħ);
  • Persuni li jiffurmaw parti mill-entità tal-ADR (Rapreżentanti tal-ADR);

L-informazzjoni personali li tinġabar u li tkun proċessata iktar fid-dettall hija:

 

  1. Għall-konsumaturi
  • L-informazzjoni pproċessata hi:
  • Isem il-konsumatur/reporter
  • Indirizz;
  • Kodiċi Postali;
  • Pajjiż ta’ residenza;
  • Numru tat-telefown;
  • Imejl;
  • Sess;
  • Lingwa ta’ komunikazzjoni;
  • Sommarju/Deskrizzjoni tar-rikjesta
  • Tista’ tinġabar iktar data personali bil-kunsens espliċitu tal-konsumatur jekk ikun meħtieġ sabiex jiġi maħdum l-ilment, bħad-dettalji tal-kont tal-bank.

 

 

 

  1. Għar-rapreżentanti tal-bejjiegħa

Data dwar individwi min-naħa tar-rapreżentant tal-bejjiegħ rari tiġi miżmuma fis-sistema, iżda meta pproċessata tkun tinkludi:

  • Isem tar-rappreżentant tal-bejjiegħ;
  • Indirizz tal-ħanut;
  • Kodiċi Postali;
  • Pajjiż;
  • Numru tat-telefown tal-ħanut;
  • Imejl tal-ażjenda;

 

  1. Għar-rapreżentanti tal-ADR

Data mingħand rapreżentanti tal-ADR rari tiġi miżmuma fis-sistema, iżda meta pproċessata jaf tkun tinkludi:

  • Isem tar-rapreżentant tal-ADR;
  • Indirizz professjonali;
  • Kodiċi Postali;
  • Pajjiż;
  • Numru tat-telefown tal-ADR;
  • Imejl professjonali

 

  1. Kemm iddum għandna din d-data?

Data personali dwar il-konsumaturi, bejjiegħa u rapreżentanti tal-ADR tibqa’ għandna sakemm il-każ jibqa’ miftuħ, u mhux iktar minn sena minn meta dan ikun magħluq. Dan sabiex ikollna l-aċċess li nsegwu l-iżviluppi ġodda li jsiru wara li jingħalaq il-każ. Wara li jiskadi ż-żmien li matulu tkun tista’ tinżamm d-data, din tiġi anonimizzata u tinżamm biss għall-skopijiet ta’ statistika.

 

  1. Kif nipproteġu d-data tiegħek?

Id-data kollha li tkun tinsab f’format elettroniku (imejls, dokumenti, informazzjoni mtella’ biċċiet eċċ.) tiġi miżmuma jew fuq is-servers tal-Kummisjoni Ewropea jew fuq tal-kuntratturi tagħha; sistemi li jsegwu d-Deċiżjoni tal-Kummisjoni (EU, Euratom) 2017/46 tal-10 ta’ Jannar 2017 dwar is-sigurtà tal-kommunikazzjoni u sistemi tal-informazzjoni ġewwa l-Kummisjoni Ewropea (C/2016/8998);

Il-kuntratturi tal-Kummisjoni huma marbuta bi klawżola kuntrattwali speċifika għal kwalunkwe ipproċessar ta’ data dwarek f’isem il-Kummisjoni, u bl-obbligi ta’ kunfidenzjalità meħudha mit-transpożizzjoni tad-Direttiva 95/46/CE.

  1. Min għandu aċċess għad-data tiegħek u lil min ngħadduha?

Sabiex tissolva t-talba tiegħek, jaf ikun hemm il-ħtieġa li bil-kunsens tiegħek, din tkun maqsuma mal-ECC ta’ fejn ikun ibbażat il-bejjiegħ, jew jekk meħtieġ, ma’ korpi relevanti bħall-entità tal-ADR jew mal-Korp Nazzjonali tal-Infurzar (NEB).

It-talbiet imqassma jgħinu sabiex isir kuntatt mal-bejjiegħ. Meta jsir dan il-kuntatt, d-data tiegħek tista’ tkun maqsuma sa fejn hemm bżonn sabiex tissolva t-talba;

Aċċess għad-data tiegħek jingħata lill-membri awtorizzati skont il-prinċipju “bżonn li tkun taf”. Dawn il-membri, meta meħtieġ, jirrispettaw il-ftehim ta’ kunfidenzjalità.

Il-membri awtorizzati huma dawk li jieħdu ħsieb il-każijiet fiċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur u membri tal-Kummisjoni Ewropea inkarigati bil-ġestjoni tal-prodott jew tan-negozju tal-ECC-Net2.

In-Norveġja u l-Iżlanda huma pajjiżi taż-ŻEE/EFTA u membri tan-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi. It-trasferiment bejn l-ECCs fl-UE u l-ECCs ġewwa in-Norveġja jew l-Iżlanda, għalhekk hi kkunsidrata bħala trasferiment t’Artikolu 8 fit-tifsira ta’ Regolament Nru 45/2001.

 

  1. X’inhuma id-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

Skont ir-Regolament (EC) Nru 45/2001, wieħed għandu d-dritt li jaċċessa d-data personali tiegħu u jirranġa u/jew jimblokkha, f’każ li din d-data ma tkunx eżatt jew kompluta. Wieħed jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu billi jikkuntattja liċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi li kien f’kuntatt miegħu jew lill-kontrollatur tad-data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni u jekk neċessarju lis-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data billi jużaw il-kuntatti li jinsabu hawn isfel f’punt numru 8.

 

  1. Informazzjoni ta’ Kuntatt

Jekk għandek xi kummenti jew mistoqsijiet, xi dubji jew ilment rigward il-kollezzjoni u l-użu tal-informazzjoni personali tiegħek,  tiddejjaqx tikkuntattja liċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur li kont f’kuntatt miegħu jew lill-Kontrollatur tad-Data billi tuża l-informazzjoni ta’ kuntatt li ġejja:

 

Ċentru Ewropew tal-Konsumatur (Malta)

Imejl: ecc.malta@mccaa.org.mt

Telefown: +35621221901

Telefex: +35621221902

Il-Kontrollatur tad-Data

Head of Unit 3: Direttorat tal-Infurzar u r-Rimedju tal-Konsumatur –Kummisjoni Ġenerali Ewropea għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi

Imejl: JUST-E3@ec.europa.eu

Telefex: +32 2 2989432

 

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DPO) tal-Kummisjoni: DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu

Is-Superviżur tal-Protezzjoni tad-Data Ewropew (EDPS): edps@edps.europa.eu

 

  1. Fejn nista’ nsib iktar informazzjoni dettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummisjoni jippublika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha li jipproċessaw id-data. Wieħed jista’ jaċċessa dan ir-reġistru minn din il-link li ġejja: http://ec.europa.eu/dpo-register