Iċ-Ċentri Ewropew tal-konsumatur (ECC-Net) bħalissa qed jaħdmu fuq proġett konġunt bit-titolu “Prenotazzjonijiet għal btala onlajn: Il-prezz indikat huwa l-prezz finali?” Ħafna konsumaturi llmentaw mal-ECC-Net fl-2015 għaliex il-prezz li finalment tħallas jew kien ser jitħallas għal titjira, lukanda jew karozza bbukjata onlajn kien ogħla mill-prezz indikat inizjalment. Jekk inti diġà kont f’din sitwazzjoni.

Jekk jogħġbok aqsam l-esperjenza tiegħek magħna!
Il-kontribuzzjoni tiegħek se tgħinna nidentifikaw kemm hu estiż dan “il-fenomenu” ta’ żieda fil-prezzijiet meta tibbukja onlajn. L-analiżi ta’ dan is-suġġett huwa essenzjali sabiex ikun hemm; funzjonament tajjeb tas-suq komuni Ewropew; l-iżvilupp tal-liġi Ewropea tal-konsumatur; u sabiex jitjieb l-għarfien tal-konsumatur dwar id-drittijiet tagħhom meta jkunu qed jibbukjaw servizzi online li għandhom x’jaqsmu mal-vakanza tagħhom mis-suq komuni Ewropew.

Ikklikja hawn għall-kwestjonarju bil-Malti
Ikklikja hawn għall-kwestjonarju bl-Ingliż