Iċ-Ċentru Europew għall-Konsumatur ta’ Malta (ECC Malta) jagħmel sehem min- Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur (ECC-Net) li għandhom uffiċċji fl- Istati Membri kollha ta’ l-Unjoni Ewropeja. L-għan ta’ l-ECC-Net hu li jgħin lill-konsumaturi rigward mistoqsijiet li jista’ jkollhom dwar l-attivitajiet tagħhom fis-suq Ewropew. It-tir hu li nagħmlu l-konsumaturi jħossuhom kunfidenti waqt ix-xiri tagħhom fl-UE bħalma jkunu fil-pajjiż tar-residenza tagħhom.

ECC Malta jinfoma, jagħti pariri u jassisti lill-konsumaturi minn pajjiżi fl-UE b’ rabta mal-kummerċ ta’ bejn il-fruntieri fl-UE. Mira importanti taċ-Ċentru hi li tipprovdi infomazzjoni u pariri lill-konsumaturi dwar id-drittijiet u dmirijiet tagħhom fejn jidħol il-kummerċ ta’ bejn il-fruntieri. Il-konsumaturi jistgħu jirrikorru għand l-ECC sabiex  iressqu ilment dwar prodott mixtri jew servizz li ma ngħatax kif kien mistenni minn negozju bbażat fi Stat Membru ieħor. L-għan aħħari ta’ l-ECC hu li jgħin lill-konsumaturi jilħqu soluzzjoni amikevoli mal-kummerċjant.Inkella, meta soluzzjoni amikevoli ma tkunx possibbli, l-ECC jiggwida lill-konsumatur, permezz tas-sistemi u mekkaniżmi xierqa, biex  jintlaħaq ftehim barra mill-qorti dwar l-ilment tagħhom. B’hekk, għan ieħor importanti ta’ ECC Malta hu li jippromwovi u jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ skemi ta’ Riżoluzzjoni Alternattiva ta’ Tilwim (ADR).

Sir af iktar